Manchester United ħabbru li l-maniġer interim Ole Gunnar Solskjaer inħatar uffiċjalment bħala l-maniġer l-ġdid tal-klabb fuq kuntratt ta’ tliet snin.
Solksjær kien ilu jieħu ħsieb it-tim fuq bażi proviżorja sa mit-19 ta’ Diċembru li għadda. Huwa rebaħ 14-il logħba minn 19.
Solksjær qal li huwa unur kbir li wara li kien plejer issa għandu ċ-ċans jmexxi t-tim. Qal ukoll li l-aħħar xhur kienu esperjenza fantastika u rringrazzja lill-kowċis, plejers u l-istaff fuq ix-xogħol flimkien li għamlu sa issa. Saħaq li jinsab eċitat li jmexxi t-tim tal-United fl-era li jmiss u li jittama li jkompli l-istorja ta’ suċċess li kull sapporter tal-United jistħoqqilhom.
Solskjær skurja 126 gowl fi 366 dehra għall-United bejn l-1996 u l-2007. Wara li temm il-karriera tiegħu bħala plejer beda’ jieħu ħsieb l-iskwadra tar-reserves tal-United sal-2010. Huwa kien ukoll maniġer ta’ Cardiff City kif ukoll ta’ Molde FK fin-Norveġja