Father Deo Debono fuq il-mezzi tal-midja soċjali wera d-dispjacir tiegħu għal dak li ġara lil oħtu; il-kap tal-iskola primarja li llum ġiet aggredita minn mara.
Spjega li nies li jisfaw aggrediti wkoll għandhom bżonn l-għajnuna u mhux biss ngħidulhom li nikkundannaw dak li sar fuqhom u daqshekk.
Hemm bżonn li jittieħdu passi kemm biex parti sserraħ rasha li m’għandhiex għalfejn tibża’ u kemm għall-parti l-oħra biex tirċievi l-għajnuna.
Hekk saħaq Father Deo fejn kompla jgħid li oħtu kienet fuq xogħolha u spjega li jafha bħala bniedma li dejjem ħabbet u anke ħafret, saħansitra ma qalet xejn kontra n-nanna li wettqet l-azzjoni fuqha iżda xtaqet tkun taf għaliex ġara hekk.
Debono spiċċa billi qal, li jkun min ikun, qatt ma għandek tgholli jdek.