L-għada li fil-Ħamrun ġara dak li qatt ma bassret, oħt il-vittma tal-qtil li seħħ ilbieraħ filgħaxija kitbet fuq facebook u tenniet li ma tistax temmen li Brandon ħallihom daqshekk malajr. Iddeskriviet lil ħuha bħala wieħed “kuraġġuż” u “b’qalb tad-deheb.”
“Dejjem lest biex tipproteġina. Ħallejtna ħabta u sabta,” kitbet f’messaġġ ta’ xi ħadd imnikket b’dak li għadu kif għadda minnu.
“Dejjem f’moħħna u qalbna. Brand żomm idejk fuqna,” kompliet tikteb fil-profil tagħha ta’ Facebook filwaqt li għażlet selezzjoni ta’ ritratti li juru mumenti sbieħ mir-relazzjoni taż-żewġt aħwa u n-neputijiet tagħha.