Oħt Chris Pandolfino, wieħed mill-vittmi fil-qtil doppju f’Tas-Sliema, Daniela Pandolfino, irringrazzjat lill-Korp tal-Pulizija tad-dedikazzjoni u x-xogħol li qegħdin jagħmlu f’dan il-każ.
Il-pulizija rnexxielhom jarrestaw u jressqu l-Qorti żewġ persuni; Daniel Muka, is-suspettat ewlieni u lil Victor Dragomanski li allegatament ukoll kien parteċipi f’dan l-omiċidju. Il-pulizija rnexxielha tintraċċa wkoll it-tielet suspettat li kien ħarab lejn Spanja iżda b’ħidma mal-pulizija Spanjola, dan ir-raġel mistenni jiġi estradit lejn pajjiżna.
Daniela Pandolfino rringrazzjat b’mod speċjali lill-investigaturi ewlenin f’dan il-każ u saħqet li tinsab impressjonata b’xogħolhom.
Il-Korp tal-Pulizija rringrazzjaw lil Pandolfino tat-tifħir u stqarru li dan il-kliem jimlihom b’kuraġġ u motivazzjoni wara sigħat u jiem twal ta’ investigazzjonijiet.