Agħti l-Imħabba huwa l-logo ta’ din is-sena, fejn għall-21 edizzjoni tal-maratona ta’ Xandir Oħloq Tbissima, qed inħeggu lil-poplu Malti u Għawdxi biex jgħinu f’din l-inizjattiva sabiħa biex nagħtu l-imħabba lil min jinsab bla dar, bla ikel, bla mediċina, bla edukazzjoni etc etc. Kemm fil-Peru, Pakistan u l-Filippini.
Ta’ kull sena nitolbu lin-nies biex jgħinu lill patrijiet Maltin mssp fil-ħidma tagħhom kontinwa mal-familji fqar li jgħixu fil-periferiji fil-missjonijiet li dawn l-istess patrijiet b’ħafna mħabba ilhom jassistu f’dak kollu li dawn il-fqar imorru jitolbuhom. Għalhekk agħti l-imħabba, għax bl-għajnuna tiegħek tkun qed tħobb lill min ma tafx, tkun qed tagħti ħajja ġdida lill persuni li ma għandhomx in-neċessarju biex jgħixu ħajja tajba.
Hekk per eżempju nixtiequ nibnu djar għall familji fqar fil-Filippini, li bħalissa imġiegħla joħorgu minn fejn kienu qed joqgħodu għax ma għandhomx biex iħallsu aktar kera, jew għax sid il-kera jkun irid il-dar, jew aħjar peres li tkun familja numeruza u li tkun qed tghix f’xi zewg t’ikmamar, ikollhom bzonn ta’ ftit kmamar ohra, biex jghixu ftit aktar komdi.
Fil-Peru hemm il-proġett tal-Kompassjoni fejn kull fqir li għandu bżonn xi ħaga jew oħra bħal per eżempju flus biex jixtru mediċini, flus biex jirranġa l-kamra li jgħix fiha, jekk ikollu bżonn il-flus għall xi operazzjoni, flus biex lit-tfal ikollhom l-opportunita’ li jkomplu l-istudji tagħhom.
Fil-Pakistan il-missjunarji maltin ghall din il-maratona ta’ din is-sena jixtiequ li jkollhom flus biex jgħinu lill ħafna nies fqar insara billi jħallsulhom l-ispejjes kollha biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja normali.
Dan kollu jista’ jkun possibbli jekk min ikun qed jara t-televiżjoni mill 14 sas 16 ta’ Lulju mill-4.00pm sa nofs il-lejl kulljum, jagħmel donazzjoni permezz tat-telephones li jkun qed jara fuq l-iscreens ta’ TVM, One, Net u Fliving, jew jekk wieħed irid iżur u jiġi jagħmel id-donazzjoni fid-dar ta’ San Ġużepp Santa Venera kemm fil-għodu u anke fil-għaxijiet. Wieħed jista’ jibgħat cheque lill Oħloq Tbissima , Dar ta’ San Ġużepp Santa Venera SVR 1010, jekk ma jkunx irid iċempel jew jiġi sad-dar ta’ San Ġużepp.
Bħall snin oħra ser ikollna diversi kantanti li ser ikantaw kanzunetti sbieħ , intervisti ma’missjunarji permezz ta’ skype calls, u anke preżentaturi bravi li ser janimaw il-maratona b’entużjażmu kif jafu huma.
Nafu li l-Maltin huma ġenerużi, għalhekk qed nitolbukhom biex għall-sena oħra tgħinuna ngħinu lill-tant fqar li l-Missjunarji mssp Maltin qed jgħinu kulljum b’tant sagrifiċċju.