Ftit anqas minn ġimgħa wara li wasal fil-gżejjer Maltin u ħoloq is-slogan Oh My Malta, il-vlogger internazzjonali Nas Daily se jkun qed jorganiżża attività għal-1% tal-popolazzjoni fi Pjazza Tritoni. Dan l-islogan tant intlaqa’ sew mill-poplu li huwa jixtieq jagħmlu l-islogan nazzjonali għat-turiżmu. Għal din l-attività mistennija jipparteċipaw numru ta’ bands lokali kif ukoll xi mistiednin distinti.
Fil-jiem li qatta’ fil-gżejjer Maltin Nas Daily żar numru ta’ attrazzjonijiet fosthom Kemmuna, il-vapur li inkalja fi Frar li għadda u l-Belt Valletta. L-attivita se tiġi organiżżata nhar is-Sibt li ġej fis-6pm ġewwa Pjazza Tritoni fil-Belt Valletta.
Nas Daily huwa vlogger internazzjonali u kiseb il-fama tiegħu permezz ta’ filmati ta’ mhux aktar minn minuta li jtella’ kuljum fuq il-paġna uffiċċjali tiegħu ta’ Facebook u li jsegwuh aktar minn ħames miljun persuna minn madwar id-dinja.