Din is-sena l-akbar offerta biex tintrefa l-vara kienet ta’ €17,000, mil-grupp ta’ Wistin Vella.
F’jum il-festa, ta’ kull sena n-nies jinġabru fejn il-knisja tal-Imġarr sabiex jaraw l-offerti tar-reffiegħa. Ir-reffiegħa bl-ikbar offerta jerfgħu l-vara iktar tard f’jum il-festa.
Pawlu Camilleri li l-grupp tiegħu ppreżenta l-offerta tiegħu qal ma ONE News kif din it-tradizzjoni bdiet kważi mitt sena ilu meta b’att ta’ karità l-bdiewa tal-Imġarr, inkluż il-bużnannu tiegħu, ħarġu l-flus sabiex jkun jista’ jitħallas id-dejn tal-vara u tinġieb ġewwa l-Imġarr.