Min tafu ssaqsix għalih, jgħidlek il-Malti. U David Agius qaxxar dan il-qawl.
Meta kien qed jitkellem waqt dibattitu parlamentari, qal li jinkwieta meta jisma “blank(et) statement” li ma jsir l-ebda żvilupp fl-ODZ.
Dak li qal il-Whip tal-PN ma kenitx żelqa, iżda l-politika veru tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista kien il-partit fil-Gvern li fetaħ l-limiti ta’ żvilupp u li daħħal fl-iskema ta’ bini b’madwar żewġ miljun metru kwadru ta’ art barra ż-żona ta’ żvilupp.
David Agius ilbieraħ dawwar diskors l-Oppożizzjoni u qal li statement bħal li ‘ma jsir l-ebda żvilupp f’ODZ għandna nitweetjawha’ (flok nirranġawha jew nittkweakjawha).
Issa hija ċara kristall li l-PN mhux veru għandu għal qalbu l-ambjent jew huwa kontra bini fl-ODZ. Dan minkejja li prova jaqbeż fuq il-karru tal-ambjentalisti u qal li għalih ODZ hija ODZ u ma għandux ikun hemm bini. Saħansitra ried iwaqqaf l-American University of Malta.