Fil-25 ta’ Mejju tal-Occupy Justice se joħorġu jivvotaw għall-Partit Nazzjonalista, sabiex ikomplu jiġġieldu u jħammġu isem Malta fil-Parlament Ewropew.
Dan ikkonfermah l-esponent nazzjonalista Andrew Borg Cardona magħruf bħala l-boċċa waqt il-vġili li fakkar lil Daphne Caruana Galizia.
Borg Cardona qal li l-vot tiegħu se jmur għall-ewroparlamentari Nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola, li jiffurmaw parti mill-Occupy Justice.
Bil-Ħamis filgħaxija, Metsola u Casa kienu qegħdin ma’ tal-Occupy Justice fil-Belt Valletta.
Borg Cardona qal li dan se jagħmlu sabiex ikunu jistgħu jkomplu jmorru l-Parlament Ewropew biex isemmgħu leħinhom.
B’dawn l-aħħar ħames snin Casa u Metsola marru fl-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jaħdmu kontra Malta. Fejn saħansitra riedu jpoġġu lil Malta taħt investigazzjoni.
Borg Cardona reġa’ spikka għat-tgħajjir tiegħu fil-konfront ta’ esponenti Laburisti. U qal li hu se jkompli jitpastaż.