B’investiment ta’ miljun ewro, f’San Vinċenz de Paul ġie inawgurat occupational therapy unit.
Dan it-taqsima hija parti miċ-ċentru ta’ kura ġerjatrika.
Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal kif il-Gvern qed jinvesti f’faċilitajiet tal-ogħla kwalità u sabiex jaqdu l-bżonnijiet tar-residenti biex jgħixu f’ambjent komdu.
Qal, “Il-ħaddiema illi jaħdmu hawnhekk se jkollhom ambjent sabiħ fejn huwa jaħdmu, imma fuq kollox il-faċilitajiet kollha neċċessarji biex jagħtu sapport, jagħtu għajnuna lill-persuni illi jkollhom bżonn is-servizz tal-occupational therapists.”
Il-Ministru Michael Farrugia nota kif dan l-investiment, flimkien ma’ oħrajn f’din il-faċilità, sar waqt pandemija.
Intqal kif f’dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern ma qagħdx lura u kompla jġib ’il quddiem l-interess tal-anzjani.
Il-Ministru Michael Farrugia qal kif dan il-kumpless huwa mgħammar bl-aħħar teknoloġija, fejn is-servizzi se jingħataw b’mod professjonali fil-kura tal-anzjani.