Tlettax-il jum qabel l-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, l-eks President Barack Obama issa ħareġ jappoġġa l-kandidat Demokratiku Joe Biden, sigħat wara li l-President attwali Donald Trump temm ħesrem intervista b’mod dirett u saħansitra kkummenta wkoll kontra min kien qed imexxiha.
Trump mistenni jattendi attività tiegħu stess f’North Carolina, sigħat qabel ma jaffaċċja l-avversarju tiegħu fl-aħħar dibattitu għal din l-elezzjoni presidenzjali. Dan se jsir il-Ħamis li ġej, f’Nashville, fl-Istat Amerikan ta’ Tennessee.