Fil-Konferenza tal-COP26 fi Glasgow tkellem l-eks President Amerikan Barack Obama.
Huwa qal li s-suċċessur tiegħu, Donald Trump waqqaf il-ġlieda tal-Amerka kontra t-tibdil fil-klima.
Hawnhekk huwa wkoll ikkritika bil-qawwi liċ-Ċina u r-Russja li ma ħadux din is-sitwazzjoni b’urġenza u bis-serjetà.
Waqt li kien qed jindirizza liż-żgħażagħ, Obama qalilhom li jekk il-pajjiżi kollha jirrispettaw il-miri fuq it-tibdil fil-klima, jemmen li se jkun hemm futur sigur għalihom.
Obama ntlaqa’ b’ċapċip kbir, fejn dawk preżenti qamu wkoll bilwieqfa.