Il-President Amerikan Barack Obama wasal Hiroshima u u b’hekk sar l-ewwel President Amerikan li żar il-belt Ġappuniża mindu seħħ il-bumbardament nukleari fl-1945.
Huwa qal li mhux se jkun qed jitlob apoloġija għal dak li ġara, iżda se jkun qed jonora dawk li mietu fit-Tieni Gwerra Dinjija.
F’kummenti lil media Ġappuniża, Obama qal li ż-żjara turi li anke għedewwa tal-passat jistgħu isiru l-iktar alleati b’saħħithom. L-ewwel attakk b’bomba nukleari fid-dinja, li seħħ f’Awwissu tal-1945, qatel minn tal-inqas 140,000 persuna. Jumejn wara, bomba oħra nukleari ħasdet il-ħajja ta’ 74,000 persuna f’Nagasaki.