Il-Prseident Amerikan Barack Obama se jkun qed jagħmel żjara storika fil-belt Ġappuniża ta’ Hiroshima, biex b’hekk se jkun l-ewwel President Amerikan li se jżur din il-belt minn meta Hiroshima intlaqtet minn bomba nukleari fl-1945.
Din se tkun parti minn żjara li Obama se jkun qed jagħmel fil-kontinent Ażjatiku bejn il-21 u t-28 ta’ Mejju.
Il-bumbardament ta’ Hiroshima jmur lura għas-6 t’Awwissu tal-1945, f’attakk li fih inqatlu 140,000 persuna.
Fi stqarrija mis-segretarjat tal-President Amerikan intqal li Obama se jagħmel dan il-vjaġġ biex juri l-impenn tiegħu biex tikber il-paċi u s-sigurtà fil-pajjiż mingħajr l-użu t’ebda armi nukleari.