“The Juice’ is loose”, frażi popolari fuq fomm kull Amerikan kull darba li O.J. Simpson kien jaħrab għal “touchdown” fl-isport famuż tal-futbol Amerikan (NFL).
Figura poplari mmens bejn is-60s u d-90s, O.J. Simpson, kien laħaq il-quċċata tas-soċjetà Amerikana. Kellu jkun l-futbol Amerikan li jitfgħu fuq l-mappa hekk kif l-atletiċita u t-talent tiegħu kienu uniċi u dawn għenuh jilħaq l-għola prestiġji matul karriera ta’ disa’ snin.
Irtira mill-isport fin-1979 u mmedjatament wara beda karriera fit-televiżjoni fejn kien kummentatur sportiv u ħa sehem f’versi films bħal-“Naked Gun: From the Files of Police Squad!” u “The Naked Gun 2½: The Smell of Fear.”
Iżda f’Gunju tan-1994 kollox inqeleb ta’ taħt fuq għal-Simpson hekk kif ġie akkużat bil-qtil tal-eks-mara tiegħu Nicole Brown Simpson u Ronald Lyle Goldman. Nistgħu ngħidu li dan huwa wieħed mill-iktar kazi segwiti fl-istorja hekk kif mal-100 miljun telespettatur fl-Amerika biss segwewh b’reqqa kbira wara li qajjem bosta kontroversji.
L-iktar popolari fosthom id-diskriminazzjoni tas-soċjeta Afrikana Amerikana. Bosta protesti kienu ġew fis-seħħ hekk kif il-maġġoranza ta’ l-istess soċjeta kienet temmen li Simpson bħala figura prominenti għalihom, kien ukoll qed jiġi diskriminat u inġustament mixli mill-uffiċjali tal-puluzija avolja kien hemm evidenza konvinċenti ħafna. Wara hafna proċeduri legali l-verdett inqata’ favur Simpson hekk kif ġie stabbillit li ma kienx ħati tal-qtil.
Għaxar snin wara Simpson reġa’ kien figura promettenti fuq il-midja hekk kif fit-8 ta’ Diċembru ta’ l-2008 ingħata sentenza li titla sa 33 sena filwaqt li jkun eliġbili għall-ħelsien mill-arrest wara 9 snin jekk ikun hemm kompartament posittiv. Din is-sentenza ġiet mgħotija wara li l-istess Simpson inqabad jisraq b’arma letali ġewwa l-istat ta’ Florida, affarijiet personali tiegħu ta’ żmienu fl-NFL li kienu se jiġu mibjugħin bħala tifkiriet memorabbli.
Disa’ snin wara li ġie mibgħut il-ħabs fuq serq, il-frażi “ ‘The Juice’ is loose”, reġgħet fuq fomm kulħadd hekk kif riċentament O.J. Simpson għandu jerġa’ jingħaqad mal-bqija tas-soċjetà Amerikana f’Ottubru.
Soċjetà li segwiet bir-reqqa din il-figura famuża minn eta’ żgħira. Figura li grazzi għall-azzjonijiet tagħha flimkien ma’ kwistjonijiet li kienu jaħkmu is-soċjetà Amerikana fid-disgħinijiet irnexxiela taqsam l-opinjonijiet ta’ popolazzjoni sħiħa fuq żewġ naħat.