118-il jott, maqsuma f’seba klassijiet nġabru fil-port il-kbir għal bidu tatt-43 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race
Sal-erbgħa ta’waranofshinar , il-progress kien kif mistenni, hekk kif l-ekwipaġġi li jirrappreżentaw 24 pajjiż għamlu minn kollox biex jinnavigaw bejn ċelluli intermedji ta’ pressjoni li jxerrdu fil-fliegu bejn Malta u Sqallija.
Fuq quddiem, il-ħames maxi multihulls qed imexxu t-triq, bid-debuttant Snowflake ta’ Frank Slootman’s fuq quddiem Fost il-monohulls, it-tracker juri l-jott Malti tal-aħwa Podesta, Elusive II fuq quddiem wara tluq veloċi mill-Port il-Kbir.
Il-ġlieda biex tkun l-ewwel li tispiċċa ser tieħu ż-żmien biex tiżviluppa fil-flotta monohull. Mhux ta’ sorpriża, il-maxi Taljan, Bullitt (93ft) qed jaqta’ l-għarqbejn ta’ Elusive (45ft). L-ekwipaġġ ta’ Bullitt se jkun kuntent li jkun quddiem l-avversarji immedjati tagħhom Leopard 3.
Għall-bqija tal-flotta kienet affari aktar delikata. L-iżgħar jottijiet kellhom l-unur li jibdew wara l-Multis. F’dan il-grupp dehru l-par Maltin J/109s – JYS Jan u JYS Jarhead. Il-jott Malti, Xone Superyacht Corona, li qed jgħamel id-debutt tiegħu fir- Rolex Middle Sea Race kellu bidu tajjeb.
Għar- Royal Malta Yacht Club, huwa dejjem ta’ soddifazzjon li wieħed jara l-flotta titlaq mingħajr periklu. Id-dedikazzjoni u l-preparazzjoni tal-ekwipaġġi li qed jikkompetu hija mqabbla ma’ dik tal-organizzazzjoni, immexxija din is-sena mid-Direttur tat-Tellieqa Chris Stone u l-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Stefan Kunstman, li kkummentaw: “Minkejja xi sfidi, kien hemm sforz kbir ta’ tim minn dawk kollha kkonċernati, u issa qed nistennew bil-ħerqa kif ser tiżviluppa it-tellieqa”.