Il-Qorti tal-appell biddlet id-deċiżjoni fil-konfront ta’ Emanuel Muscat u lliberatu mill-ħtija li f’ Novemru tal-2012 nasab illegalment. Dan wara li l-qorti sabet li ma kienx hemm provi biżżejjed li Muscat kien fuq is-sit fejn kien qed isir insib illegali. Iżda huwa argumenta li r-rapport tas-surġent tal-għassa kien skorrett għaliex fl-interrogazzjoni huwa kien ammetta biss li n-nasses kienu tiegħu u mhux li xbieki kienu tiegħu ukoll, tant li ppreżenta ċertifikat tat-tabib biex juri li kien ma jiflaħx id-dar. Muscat, minn Ħad-Dingli kien ingħata ammenda ta’ seba’ mitt ewro mill-qorti inferjuri, liema ammenda issa tħassret.