Sebastian Grech huwa wieħed minn numru ta’ żgħażagħ li Sliema Wanderers ser ikun qed jakkwistaw matul dan is-suq tat-trasferimenti. Dan ikkonfermah il-President ta’ Sliema Wanderers Keith Perry matul il-ġurnata tat-Tnejn waqt il-program L-Argument Ikompli. Perry sostna li bħalissa qed jaħdmu fuq numru ta’ plejers żagħżagħ b’potenzjal li jagħmlu l-grad fis-snin li ġejjin.
Il-President ta’ Sliema Wanderers żid jgħid li l-re-introduzzjoni ta’ Noel Turner fil-klabb Slimiż kif ukoll l-ħidma tad-Direttur Tekniku l-ġdid Gaetano Giovanni Farruggio ser tkun qed tgħin sabiex dan l-oġġettiv jintlaħaq.