It-terremot tal-Italja, huwa fuq fomm kulħadd iżda ftit huma dawk li jirikonoxxu l-ħidma li għamlu l-kreaturi magħrufin bħala l-ikbar ħabib tal-bniedem. Kienu bosta l-klieb li assistew fit-tfittxija ta’ dawk il-vittmi li għal ħin twil kienu mirdumin taħt it-tifrik li ħalla dan it-terremot, li s’issa ħalla 284 persuna mejta u numru kbir ta’ persuni midruba.
Dawn il-klieb flimkien mal-ħaddiema tas-salvataġġ qed iqattgħu siegħat twal jfittxu u jużaw is-sens tax-xamm tagħhom biex isalvaw il-ħajja ta’ dak it-tifel, tifla u kull persuna oħra li xtaqet tgħajjat għall-għajnuna u ma setgħatx. Dawn il-kreaturi huma mħarrġa sabiex juru lill-ħaddiema tas-salvataġġ li taħt dak li kien fadal mil-belt ta’ Amatrice, hemm il-ħajja.
Huwa impressjonanti, kif bis-sens tax-xamm tagħhom huma jfittxu għal persuni li għadhom ħajjien u għandhom il-ħiela li jagħmlu distinzjoni bejn ir-riħa ta’ persuna ħajja u dik li sfortunatament tkun tilfet ħajjitha.
Dawn il-klieb ukoll huma eroj.