5,200 student u 600 għalliem minn skejjel medji u sekondarji li kellhom l-opportunità li jżuru l-Expo tas-Servizz Pubbliku.
L-istudenti setgħu jsegwu mill-qrib il-ħidma tal-amministrazzjoni pubblika, attivitajiet ferm interessanti u anke kellhom iċ-ċans li jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet imfassla għalihom.
Fost dawn l-istudenti kien hemm madwar 500 student li ġew minn Għawdex. Il-bqija minn skejjel differenti minn kull rokna ta’ Malta.
Hawnhekk l-istudenti raw id-diversi stands u raw il-ħidma li ssir mis-Servizz Pubbliku.
Kull min għadu ma żarx il-Public Service Expo għadu biċ-ċans li jagħmel dan fil-jumejn li ġejjin – Is-Sibt, 18 u l-Ħadd, 19 ta’ Mejju mill-10.00 a.m. sal-4.00 p.m.