Diversi servizzi li toffri Transport Malta relatati ma’ dokumenti għal vettura jew liċenzja tas-sewqan issa jinsabu online.
Fi stqarrija Transport Malta qalet li dan is-servizz ikopri l-ħruġ mill-ġdid ta’ liċenzji tat-triq tal-vetturi, ċertifikati ta’ reġistrazzjoni, pjanċi tan-numri, cards tal-liċenzja tas-sewqan, kontropartijiet u tags tas-sewwieq.
Intqal li din hija parti mill-ħidma ta’ Transport Malta sabiex il-klijenti jsibu diversi servizzi online. Il-pubbliku jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz billi jimla’ l-applikazzjoni “VEH039” li tista’ tiġi faċilment aċċessata minn fuq transport.gov.mt.
Meta l-Awtorità tirċievi dawn l-applikazzjonijiet, tivverifikahom u tikkomunika mal-klijenti lura sabiex tiffinalizza t-tranżazzjoni fl-iqsar żmien possibbli.
Dawk id-dokumenti li jkunu maħruġa mill-ġdid jistgħu jinġabru minn wieħed mill-uffiċini ta’ Transport Malta tal-Liċenzjar għas-Sewwieqa u l-Vetturi f’Raħal Ġdid jew Ħal Lija jew jintbagħtu bil-posta kif ippreferut jew meħtieġ għall-klijent.
L-istqarrija temmet tgħid li Transport Malta tibqa’ impjenata li tkompli ttejjeb il-kwalità tas-servizzi li tipprovdi