Numru ta’ persuni ndarbu wara sparaturi fiċ-ċentru ta’ Vjenna.
Mill-ewwel informazzjoni rappurtata mill-midja internazzjonali jidher li seħħ attakk b’armi tan-nar fi triq viċin Sinagoga fiċ-ċentru tal-kapitali Awstrijaka.
Il-Ministeru għall-Intern tal-pajjiż qal li wieħed mill-allegat aggressuri nqatel u ieħor għadu mfittex.
Fi Vjenna bħalissa hemm preżenza qawwija ta’ pulizija u n-nies qed jiġu mitluba jżommu ‘l bogħod mill-post fejn seħħew l-isparaturi.
Intant, fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela qal kif jinsab maħsud b’din l-aħbar u kkundanna bil-qawwi l-attakki terroristiċi. Huwa sellem lill-qraba tal-vittmi ta’ dan l-attakk.