Disa’ persuni mietu u oħrajn indarbu wara li karozza saqet fuq in-nies waqt festival f’Vancouver, il-Kanada.
Il-pulizija Kanadiża qalet li x-xufier tal-karozza, raġel ta’ 30 sena, ġie arrestat. Hija saħqet ukoll li dan l-aċċident ma jidhirx li huwa att terroristiku.
Rigward dan l-aċċident, il-Prim Ministru tal-Kanada Mark Carney kiteb fuq il-pjattaforma ‘X’ fejn qal li jinsab ixxokkjat bil-każ filwaqt li offra l-kondoljanzi tiegħu lejn il-familjari tal-vittmi.
Fuq l-istess pjattaforma, ir-Re Karlu u martu Camilla qalu li jinsabu verament imdejqin filwaqt li taw il-kondoljanzi tagħhom lill-familjari tal-vittmi.