Minn tal-inqas 5 persuni mietu fi splużjoni f’minjiera tal-faħam fir-Repubblika Ċeka.
Skont rapport fil-midja internazzjonali tmienja oħra għadhom ma nstabux, filwaqt li tmienja oħra ndarbu. Bl-operazzjoni ta’ salvataġġ għadha għaddejja.
Jidher li l-isplużjoni seħħet minħabba ħruġ tal-gass metan (methane).
Skont ma ġie rrapurtat s’issa, jidher li parti sostanzjali minn dawk involuti kienu Pollakki.