Mas-seba’ persuni inqatlu, filwaqt li numru ta’ persuni oħra weġġgħu waqt sparatura f’Hamburg il-Ġermanja.
Dan l-attakk seħħ għall-ħabta tad-9.00 tal-bieraħ filgħaxija f’sala li fiha jsiru laqgħat tax-Xhieda tal-Jehovah.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija Ġermaniża qalet li l-aggressur wettaq dan l-attakk waħdu u huwa possibilment wieħed mill-persuni mejta.
Il-mottiv wara dan l-attakk għadu mhux magħruf hekk kif l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Ritratt: Jonas Walzberg/AP