Wieħed mill-passi li jmiss li jista’ jkun hemm fil-battalja bejn il-fazzjoni ta’ Adrian Delia u dik ta’ Simon Busuttil tista’ tkun ittra biex tkun sfurzata laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista. Fl-aħħar jiem komplew il-laqgħat f ’uffiċċju l-Belt Valletta u fir-residenza ta’ Simon Busuttil f’Ħal Lija li għalihom kienu qed jattendu numbru ta’ deputati u waħda mill-ideat li ħarġu hi li ssir ittra uffiċjali lill-Kap Adrian Delia biex fiha jingħad li s-sospensjoni ta’ Simon Busuttil tkun irtirata jew aħjar ma ssirx.
Dan għax sa issa s-sospensjoni għadha ma saritx uffiċjalment għax Adrian Delia baqa’ ma laqqax l-eżekuttiv u sa issa jidher li għaddiet ta’ Simon Busuttil li għamilha ċara pubblikament li mhux se jkun qed jagħmel dak li talbu Delia. Il-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela kif fl-aħħar sigħat saru diskussjonijiet diversi biex ikunu konvinti iktar deputati jiffirmaw din l-ittra. Lil dawk xettiċi qed jgħidulhom li din mhix kwistjoni ta’ sfiduċja fil-Kap iżda dikjarazzjoni ċara li Simon Busuttil m’għandux ikun sospiż minkejja li kien il-moħħ wara l-gidba ta’ Egrant. Kien nhar il-Ħadd li għadda li Adrian Delia qal li Simon Busuttil għandu jissospendi lilu nnifsu mill-Partit Nazzjonalista għax il-partit ma jkunx kredibbli jekk ma jieħu l-ebda passi fuq min kien qed jimbotta l-gidba li Egrant hi tal-Prim Ministru.
Iżda, 24 siegħa wara kien hemm numru ta’ deputati li bil-#notinmynamne u #strongertogether kienu qed jagħmluha ċara pubblikament li ma jaqblux mal-pożizzjoni tal-Kap. Tant inħolqot tensjoni li daħlu numru ta’ medjaturi fosthom l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Eks Ministri Tonio Borg u Francis Zammit Dimech. Għalkemm fl-aħħar jiem intqal li kienu tħejjew it-termini ta’ referenza Adrian Delia baqa’ mhux komdu li jlaqqa’ l-grupp parlamentari u d-deputati qed iħossu li l-inqas li jsir f ’dawn iċ-ċirkostanzi hu li jiltaqa’ l-grupp.
Dan wieħed mis-sinjali li sa issa dawn l-isforzi ta’ rikonċiljazzjoni ma waslu għal imkien anke għax biex jaslu Adrian Delia jrid iċedi l-pożizzjoni tiegħu li Simon Busuttil jissospendi lilu nnifsu mill-grupp parlamentari. Flaħħar jiem kien hemm ukoll min prova jdaħħal fl-istorja lill-Eks Ministru Louis Galea biex hu wkoll jagħti s-sehem tiegħu f ’din il-medjazzjoni. Iżda, jidher li Galea ma tantx deher interessat