Ilbieraħ beda l-league Ġermaniż b’partita waħda. Bayern Munchen bdew id-difiża tat-titlu mirbuħ fl-istaġun li għadda b’rebħa kbira ta’ sitta b’xejn kontra Werder Bremen, bil-Pollakk Robert Lewandowski jiskurja tlett gowls.
Matul il-jum tas-Sibt hemm skedati diversi partiti mill-kampjonati Ingliż, Taljan, Spanjol u Ġermaniż. Fosthom hemm Tottenham kontra Liverpool, Chelsea kontra Burnley, Hull City kontra Manchester United, Lazio kontra Juventus, Napoli kontra Milan, Real Madrid kontra Celta Vigo, Borussia Dortmund kontra Mainz u Borussia Moenchengladbach kontra Bayer Leverkusen.
Ilbieraħ bdiet it-tieni ġurnata ta’ logħob tal-football mil-Premier League Malti. Fl-ewwel żewġ partiti, Birkirkara rebħu erbgħa b’xejn kontra Tarxien filwaqt li Balzan rebħu tnejn b’wieħed kontra Pembroke.
Fil-partiti li ntlagħbu aktar tard, Valletta għelbu lil Mosta wieħed b’xejn filwaqt li l-partita Hibernians kontra Sliema, spiċċat f’rebħa minima ta’ wieġed b’xejn għal Pawlisti.
Skedati għal-lum hemm żewġ logħbiet oħra: St Andrews kontra Floriana u Hamrun kontra Gzira.