Il-bank Satabank jinsab f’kuntatt mal-klijenti korporattivi tiegħu biex dawn jibdew jieħdu flushom lura. Fi stqarrija, il-bank qal li kkuntattja wkoll l-ewwel grupp ta’ klijenti individwali u numru ta’ depożiti diġà ntbagħtu.
Il-bank mistenni jkompli bil-kuntatti tiegħu mal-klijenti f’Jannar li ġej bħala parti mill-għoti ta’ flus lura. Dan qed issir b’mod ikkontrollat u ġust.
Satabank temm jgħid li se jibqa’ mpenjat għall-aħħjar riżultat possibbli għall-klijenti tiegħu, u qed jaħdem bi sħiħ mal-Awtoritajiet involuti, fosthom l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, biex dan ikun assigurat.