Numru ta’ NGOs li jaħdmu mal-immigranti laqgħu l-aħbar dwar l-arrest tas-suldati li huma s-suspettati ewlenin fl-omiċidju tal-immigrant mill-Kosta tal-Ivorju Lassibe Souleymane.
Il-Fondazzjoni Aditus, Fondazzjoni Integra, u JRS faħħru x-xogħol li għamlu l-Pulizija sabiex waslu għas-suspettati ewlenin f’dan il-każ.
Dawn il-fondazzjonijiet qalu li Lassana ġie maqtul kiesaħ u biered minħabba l-karnaġġjon tiegħu.
Huma qalu li jittamaw li din l-aħbar iġġib ftit soljev lil-familjari ta’ Lassana u liż-żewġ vittmi oħra li sfaw feruti waqt dan l-attakk.