Numru ta’ binjiet madwar il-pajjiż, fosthom l-Isptar Mater xegħlu l-faċċatta b’lewn aħdar. Dan bil-għan li jitfakkar il-ġimgħa ddedikata għal-għarfien dwar is-saħħa mentali.
Dan intqal mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, f’kitba fuq il-midja soċjali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru Abela sostna li flimkien irridu nkomplu naħdmu dwar l-importanza ta’ aktar għarfien u kuxjenza dwar s-saħħa mentali.