Minħabba riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin fl-aħħar ħin, diversi bajjiet jinsabu magħluqa għall-għawm. Għawwiema huma mħeġġa jevitaw il-bajjiet f’Buġibba, Birżebbuġa, il-Mellieħa, Tas-Sliema, u Marsascala.
Il-qawwa tar-riħ tlaħħaq Forza 6, bir-riżultat li diversi bajjiet madwar Malta ngħataw double red flag. Filwaqt li bajjiet oħra huma iktar sikuri, il-pubbliku qed ikun imwissi isegwi l-istruzzjonijiet tal-ħaddiema tar-Red Cross biex ikunu evitati l-inċidenti.