Numru ta’ ATM’s tal-Bank of Valletta mhumiex disponibbli għall-klijenti dan wara li fi tmiem il-ġimgħa saru numru ta’ attentati ta’ serq bi frodi.
Il-Bank qed jinvestiga dawn l-inċidenti flimkien mal-Pulizija.
Dawn l-ATMs bħalissa m’humiex qed joperaw:
- Isla, Misraħ l-4 ta’ Settembru (near Police Station)
- Industrial Estate, Ħal-Far
- Ħal-Safi, Triq il-Ħajt Ruman
- Ħal-Lija, 3, Triq Sir Ugo Mifsud
- Marsaxlokk – 4/5 Pjazza Madonna ta’ Pompei
- Bir id-Deheb – Wesgħet Bir id-Deheb, Ħal-Għaxaq
- Marsa – Triq it-Tiġrija
- Preluna Towers – Triq it-Torri, Tas-Sliema
- Msida – 212/215, Triq ix-Xatt, Tal-Pietà
Il-klijenti, fakkar il-bank, għandu dejjem ikunu viġilanti u josservaw il-prekawzjonijiet standard dwar is-sigurtà tal-informazzjoni. Jekk taħseb li inti tinsab fil-mira ta’ xi waħda minn dawn l-iscams, nagħtuk il-parir li tikkuntattja l-Customer Service Centre tal-Bank fuq 2131 2020 jew lill-Pulizija.