Hekk kif is-sħana t’Awwissu daħlet ġmielha, tinsab fit-tieni jum l-inizjattiva favur l-annimali tal-Pet Friendly, organizzata mill-Ministeru għal Għawdex.
Permezz ta’ din l-inizjattiva dawk kollha li ser jaqsmu lejn Għawdex, sas-Sibt 17 t’Awwissu u jkunu akkumpanjati mill-annimali domestiċi tagħhom, ser jingħataw pet ticket maħruġ apposta flimkien ma’ pakkett ta’ informazzjoni utli f’każ ta’ bżonn. Apparti hekk, il-Ministeru għal Għawdex ser jieħu ħsieb jipprovdi ilma addattat għall-annimali domestiċi fit-terminals kemm taċ-Ċirkewwa kif ukoll dak tal-Imġarr.