550 student fl-iskejjel sekondarji għażlu li jistudjaw il-bioloġija u 300 student għażlu li jistudjaw il-kimika.
Dan qalu l-Ministru għax-xogħol u l-edukazzjoni Evarist Bartolo waqt konferenza fil-Life Sciences Park, flimkien mal-Ministru Helena Dalli. Il-Ministri tkellmu dwar żewġ korsijiet fl-Università ta’ Malta fil qasam tal-farmaċewtika: id dottorat fil farmacija f’livell 8, u baċellerat fix-xjenza fit-teknologija farmaċewtika.
Il-ġimgha d-dieħla se jiftaħ il-bibien tiegħu iċ-ċentru Esplora f’Bighi. Minn età żgħira t-tfal jistgħu jsiru midħla ta’ suggetti relatati max-xjenza u jkunu preparati għall-karriera f’dan is-settur.
Rappreżentanti mill-kumpaniji Actavis u Aurobindo, żewġ kumpaniji ewlenin fis settue tkelmu dwar l opportunitajiet li jezisty ghal min jiggradwa minn dawn il korsijiet.