Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali qed javża lir-residenti fi Triq San Remiġ, Ħal Kirkop u fi Triq Misraħ Suffara, Ir-Rabat, Malta li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta’ Novembru, 2017, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-3 ta’ Novembru, 2017.