Il-bibien fi Triq Ċensu Tabone, Triq Francis Zammit u Triq Luigi Apap, San Ġiljan u Triq ir-Rampila u Triq Esprit Barthet, Madliena, fis-Swieqi ngħataw numri ġodda b’mod uffiċjali. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ April, 2018, u jidher ukoll fuq il-website tal-Kummissjoni Elettorali taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-13 ta’ April, 2018.