Bibien f’żewġ toroq f’Raħal Ġdid se jkunu qed jingħataw numri ġodda.
Dan tħabbar mis-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi, fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali fejn intqal kif bibien f’dawn it-toroq uffiċjalment ingħataw numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta’ Lulju 2018, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni ‘Pubblikazzjonijiet’.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-20 ta’ Lulju, 2018.