Bibien f’numru ta’ toroq fil-Mellieħa se jkunu qed jingħataw numri ġodda b’mod uffiċjali. It-toroq imsemmija huma Triq Dun Franġisk Sciberras, Triq il-Ġarġir, Triq il-Garni, Triq ir-Rattan u Triq is-Sagħtar, Mellieħa.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ April, 2018, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-30 ta’ April, 2018.