Bibien fit-toroq Triq il-Kunċizzjoni u Triq Sant’ Antnin f’Marsaxlokk ingħataw uffiċjalment numri ġodda. Dan l-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ Frar, 2018, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-13 ta’ Frar, 2018.