Toroq fl-Imsida se jkunu qed jingħataw numri ġodda tal-bibien. Dan skont avviż maħruġ mis-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali. It-toroq imsemmija huma ċ-Ċirku tal-Imsida, Triq l-Esperanto, Triq Giovanni Schranz, Triq Michele Bellanti, Triq il-Punent, Triq tal-Qroqq u Triq Żakkew, l-Imsida
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-31 ta’ Awwissu, 2018, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-31 ta’ Awwissu, 2018.