Fl-2021, il-jeddijiet għall-pensjoni ta’ Malta kienu ta’ €37.5 biljun.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO hekk kif ġie spjegat li l-pensjonijiet tas-Sigurtà Soċjali kienu jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-jeddijiet, li jammontaw għal €34.7 biljun jew 92.6 fil-mija tat-total.
Is-7.4 fil-mija l-oħra huma jeddijiet tal-Pensjonijiet tas-Servizz
Il-kontribuzzjonijiet soċjali laħqu bʼkollox ż-€2.3 biljuni, li 99.6 fil-mija tagħhom qed jintużaw biex tkun sostnuta s-sistema tal-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali u l-bqija isostnu il-pensjonijiet tas-Servizz.
Sal-aħħar tal-2021, kien hemm 407,238 persuna fl-età tax-xogħol b’kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati;, li minnhom 82,882 jew 20.4 fil-mija huma barranin b’permess ta’ residenza
Barra minn hekk, kien hemm biljun ewro fi ħlasijiet tal-pensjoni, li tmien mitt miljun ewro minnhom marru għal riċevituri ta’ pensjonijiet marbutin max-xjuħija.
Meta mqabbel mal-eżerċizzju tal-2018, il-pensjonijiet żdiedu bi 15.2 fil-mija