Bħall-Eurostat fl-aħħar jiem, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Malti, l-NSO, ikkonferma li f’Ottubru kompliet tonqos ir-rata ta’ inflazzjoni lokali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-NSO qal li x-xahar li għadda r-rata annwali tal-inflazzjoni, kif imkejla mill-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut, niżlet għal 3.7 fil-mija mill-4.1 fil-mija li ġiet irreġistrata fʼSettembru.
Jirriżulta li l-ogħla rati taʼ inflazzjoni baqgħu l-prodotti u servizzi oħrajn b’6.9 fil-mija u l-ikel b’6.8 fil-mija, waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1.4 fil-mija fil-ħwejjeġ u ż-żraben.
Il-faxxa, li tiġbor l-utilitajiet tal-ilma, l-elettriku, il-gass u l-fuels, baqgħet mingħajr żidiet.
Dan grazzi ovvjament għas-sussidji multi-miljunarji tal-Gvern biex iżomm dawn il-prezzijiet essenzjali stabbli.