Fl-ewwel ħdax-il xahar tas-sena l-oħra, l-infiq sħiħ mit-turisti kien stmat li laħaq it-€3.2 biljun.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, fejn ħareġ li kien hemm żieda ta’ aktar minn 23% minn dak irreġistrat bejn Jannar u Novembru tal-2023.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn dawn l-istess ċifri ħareġ li, bejn Jannar u Novembru tas-sena li għaddiet, aktar minn tliet miljun u tliet mitt elf turist ġew f’pajjiżna.
Din tfisser żieda ta’ aktar minn dsatax fil-mija fuq l-ewwel ħdax-il xahar ta’ sena qabel.
Dan hu parti wkoll mill-viżjoni nazzjonali li tkompli ttejjeb il-kwalità tat-turisti li jiġu fostna, b’investimenti u konnessjonijiet ma’ swieq speċifiċi.