F’Jannar li għadda, dawk b’impjieg full-time żdiedu bi 8.6 fil-mija, meta mqabbel ma’ Jannar ta’ sena qabel.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Hawnhekk ħareġ li l-ammont ta’ ħaddiema full-time, f’Jannar li għadda, kien ta’ 265,075.
Dan ifisser żieda ta’ kważi 21,000, hekk kif il-ħaddiema f’Jannar ta’ sena qabel kienet ta’ 244,101.
L-akbar żieda li kien hemm f’dan il-perjodu kienet grazzi għas-servizzi amminstrattivi u anki fis-settur tal-ikel u l-akkomodazzjoni.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li fl-istess perjodu kien hemm żieda fis-settur privat, waqt li kien hemm nuqqas fil-ħaddiema fis-settur pubbliku.
Dan hekk kif li l-ħaddiema full-time mal-privat kien hemm żieda ta’ 21,466, waqt li l-ħaddiema fis-settur pubbliku naqsu bi kważi 500 f’sena.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ ukoll li f’dan l-istess perjodu kien hemm żieda f’dawk li jaħdmu għal rashom u anki dawk impjegati.
F’Jannar li għadda, dawk li jaħdmu għal rashom żdiedu b’aktar minn 600 ħaddiem, waqt li dawk impjegati żdiedu b’aktar minn 20,000 ħaddiem.
F’dawn iċ-ċifri ħareġ ukoll li l-impjiegi full-time, f’dan il-perjodu msemmi żdiedu kemm fl-irġiel u anki fin-nisa.