Matul is-sena li għaddiet, id-defiċit f’pajjiżna naqas b’€332.2 miljun.
Dan ifisser li d-defiċit f’pajjiżna sal-aħħar tas-sena l-oħra kien ta’ €900 miljun.
Dan ħareġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Minn din l-istatistika ħareġ li s-sena l-oħra, id-dħul rikurrenti tal-Gvern kien ta’ €5,845.2 miljun.
Din tfisser żieda ta’ €432 miljun, meta mqabbel ma’ sena qabel.
L-akbar żieda fid-dħul rikurrenti kienet ġejja mit-taxxa tad-dħul, hekk kif mill-income tax il-Gvern daħħal €2,140 miljun.
Mid-dħul mill-ħlas tal-bolla, il-Gvern daħħal €1,306 miljun.
Dawn iċ-ċifri ġew irreġistrati hekk kif pajjiżna rreġistra l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja tiegħu, waqt li kien hemm żieda fl-għadd tal-ħaddiema.
In-nefqa rikurrenti matul is-sena l-oħra ammontat għal €6,745.1 miljun.
Dan ifisser li n-nefqa rikurrenti f’sena żdiedet bi €99.8 miljun.
L-akbar kontributur għan-nefqa rikurrenti kienu l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, li ammontaw għal aktar minn wieħed u tmenin miljun ewro.
Dan filwaqt li kien hemm l-investiment massiċċ sabiex il-prezzijiet tal-enerġija, fi żmien ta’ kriżi internazzjonali bla preċedent, jibqgħu stabbli għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.