Is-sena l-oħra l-għadd sħiħ ta’ turisti li ġew permezz tal-cruise liners ammontaw għal kważi tmien mija u ħmistax-il elf persuna. Dan ħareġ mill-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Dan ifisser żieda ta’ kważi ħamsin elf passiġġier, meta mqabbel mal-elfejn u dsatax, is-sena ta’ qabel il-pandemija.
Minn din l-istatistika ħareġ li kważi sebgħa u ħamsin fil-mija ta’ dawn il-passiġġieri kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Ħareġ ukoll li l-maġġoranza tal-passiġġieri kienu nisa, b’aktar minn tlieta u ħamsin fil-mija, waqt li l-akbar grupp fil-faxxa ta’ etajiet ta’ passiġġieri kellhom bejn l-erbgħin u disgħa u ħamsin sena.
Intqal li s-sena l-oħra, il-medja ta’ passiġġieri fuq kull vapur kien ta’ aktar minn elef u sitt mitt persuna.