Ix-xahar li għadda, ir-rata tan-nies jirreġistraw għax-xogħol kienu taħt l-elf persuna.
Dan ħareġ skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, hekk kif f’April dawk jirreġistraw għax-xogħol kienu biss ta’ 966 persuna.
Skont dawn iċ-ċifri, meta mqabbel ma’ xahar qabel, jiġifieri Marzu, ir-rata tal-qgħad niżlet bi kważi 50 persuna.
F’April li għadda, l-irġiel kienu l-iżjed li qed jirreġistraw, hekk kif ammontaw għal iżjed minn 70 fil-mija.
Miċ-ċifri tal-NSO ħareġ ukoll li f’dan ix-xahar imsemmi l-persuni b’diżabilta jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’erbatax-il persuna, fuq sena qabel. B’kollox f’April kien hemm 233 persuna b’diżabilita jirreġistraw għax-xogħol.