F’Ġunju li għadda, l-għadd ta’ persuni, li mhumiex f’impjieg, kienu jgħoddu għal 3.1 fil-mija. Dan ħareġ minn ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li wera li din ir-rata esperjenzat tnaqqis ta’ żero punt wieħed fil-mija meta mqabbel max-xahar ta’ Mejju.
L-irġiel li mhux f’impjieg laħħqu t-3.6 fil-mija, filwaqt li r-rata għan-nisa kienet taʼ 2.4 fil-mija, wara tnaqqis taʼ 0.1 punt perċentwali fuq xahar qabel. Dawn jinkludu wkoll lil dawk li mhux qed ifittxu xi forma ta’ mpjieg.
Fost dawk li qed ifittxu mpjieg u allura rreġistrati mal-entità JobsPlus għal dan il-għan, l-ammont baqa’ fost l-inqas livelli fl-istorja lokali, jiġifieri taħt l-elf persuna, li hi wkoll waħda mill-inqas rati fl-Unjoni Ewropea kollha.