Sarah Madeleine Caruana, mara ta’ 41 sena minn San Pawl il-Baħar, qed tinżamm arrestata wara li kienet akkużata li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Dan meta nqabdet titlajja għal skopijiet ta’ prostituzzjoni.
Il-każ seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax u kwart fil-Marsa. Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest bl-argument li fil-ħabs l-imputata tispiċċa agħar, filwaqt li l-Prosekuzzjoni talbet li l-akkużata tkun mgħejjuna billi tattendi programm li jista’ jgħinha. L-akkużata m’ammettietx l-akkużi miġjuba kontriha.