F’Novembru li għadda ġew f’pajjizna 174,460 turist, filwaqt li l-iljieli rreġistrati jammontaw għal 1,203,802 lejl.
Dan ħareġ minn ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, fejn dawn iċ-ċifri jiżbqu sew iċ-ċifri tas-sentejn ta’ qabel.
Dan hekk kif ma’ sena qabel id-differenza kienet ta’ aktar minn 47,277 turist, waqt li mal-2020, id-differenza kienet ta’ 159,524 turist.
Hawnhekk ħareġ li 144,631 turist ġew f’pajjiżna fuq btala, filwaqt li 23,615 turist ġew fuq xogħol.
L-akbar għadd ta’ turisti kien ta’ dawk li għandhom bejn 25 u 44 sena, fejn dawn jammontaw għal 71,021 turist. Wara dawn hemm dawk li għandhom bejn 45 u 64 sena, li jgħoddu għal 61,791 turist.
Skont dawn iċ-ċifri, f’Novembru, l-akbar swieq kienu dawk mir-Renju Unit, l-Italja u Franza, hekk kif dawn jammontaw għal aktar minn 42%.
In-nefqa totali f’dan ix-xahar kienet taqbeż €144 miljun.